| Is-Sagramenti |
|
| |
|
| Permezz ta’ Ġesu Kristu Alla l-Missier wera lilu nnifsu lill-Bnedmin. Għalhekk nistgħu ngħidu li Ġesu huwa s-sagrament ta’ Alla. Gesu baqa preżenti fostna permezz tal-Knisja għalhekk il-knisja hija s-sagrament ta’ Kristu. Il-Knisja Kattolika Rumana hemm seba’ sagramenti, azzjonijiet simboliċi li flimkien mal-kliem propju huma sinjali visibbli ta’ grazzji invisibbli. Is-sagramenti jagħmlu presenti il-misteri salvifiċi tal-imħabba ta’ Kristu għall-Knisja tiegħu u huma sors ta’ ħajja u grazzja. Is-sagramenti huma effikaċi “ex opera operato” mill-fatt stess li jseħħ l-għemil u ma jiddependix mill-qdusija personali tal-ministru. |
 |
|
Il-magħmudija hija l-ewwel sagrament tal-bidu fil-komunita Nisranija. Dan ikun segwit mill-Ewkaristija fejn Kristu huwa presenti taħt il-forma tal-ħobż u tal-inbid. Ħafna drabi dan is-sagrament huwa marbut ma dak tar-Rikonċiljazzjoni fejn il-persuna tirċievi l-maħfra ta’ Alla. Il-Konfermazzjoni hija l-aħħar sagrament tal-inizjazzjoni biex issaħħaħ lin-Nisrani bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu fil-ħajja adulta. Iż-Żwieġ jagħti l-qawwa tal-imħabba t’Alla lill-koppja fil-waqt li l-Ordni Sagri jirċevuh dawk li huma magħżulin bħala presbiteri biex jaqdu lill-poplu t’Alla. Is-sagrament tad-dilka tal-morda jagħti l-qawwa li tfejjaq ta’ Ġesu lil hu anzjan jew marid.
|
|
|
Last Updated ( Sep 05, 2009 at 04:42 PM )
|