Ċentri Pastorali San Sebastjan u Madonna Bon Kunsill
Iċ-Ċentri Pastorali San Sebastjan u Madonna Bon Kunsill ilhom miftuħa b’mod uffiċjali sa mill-2006 minn Mons Arċisqof Pawlu Cremona u Mons Arċisqof Emeritus Ġuzeppi Mercieca fi zmien il-parrokat ta’ Dun Walter Cauchi li ħadem ħafna biex dan ir-rigal tal-millenju jiġi fis-seħħ.
Sa minn dak iz-zmien iċ-Ċentri Pastorali qed jaqdu funzjoni importanti ħafna fil-ħajja pastorali tal-parroċċa u tal-Arċidjocesi Maltija. Fiċ-Ċentri Pastorali jiltaqgħu ħafna gruppi li huma affiljati mal-parroċċa. Fiċ-Ċentru San Sebatsjan jiltaqgħu prinċipaljament il-Mother and Baby Club, il-Ladies Circles, il-Mixja Neo-Katekumenali, il-Literacy Programme, isiru s-seminars ta’ formazzjoni għaz-zwieġ u l-Pastoral and Liturgical Children Group. Fl-istess ħin ħafna gruppi differenti jikru u juzaw il-faċilitajiet differenti għal diversi attivitajiet soċjali, rikreattivi u edukattivi.
Fiċ-Ċentru Madonna Bon Kunsill, qed jiltagqħu iz-zgħazagħ fi ħdan il-Pastoral and Liturgical youth Group (PLYG) fejn fih jorganizzaw diversi attivitjiet bħal maratoni ta’ sports, esebizzjonijiet tal-Festival tal-Ħobz, Skola Sajf u diversi attivitajiet oħra.
Il-faċilitajiet taċ-Ċentri Pastorali
Teatru
Fiċ-Ċentru Pastorali San Sebastjan, issib Teatru li qed jiġi mgħammar biex jintuża għall-diversi okkażjonijiet. Bħala sala, tesa mal-400 persuna.
Sala għall-parties
Sala ghall-parties u ricevimenti ghall-okkażżjonijiet differenti: Gradwazzjoni, anniversarji, l-ewwel Tqarbin jew il-Grizma tal-Isqof u okkażżjonijiet ohra. Din is-sala ghandha kcina mghammra tajba maghha. Tista' tuza wkoll il-bitha l-kbira u sabiha forma ta' skorfina.
Sala għall-konferenzi
Issib sala għall-konferenzi li tilqa’ mas-70 persuna u tipprovdi diversi faċilitajiet awdjo-visivi.
Kmamar għal-laqgħat
Barra s-sala tal-Konferenzi, hemm kmamar mdaqqsa għal diversi okkażjonijiet: minn kmamar żgħar għal-laqgħat privati sa swali akbar fejn jistgħu jsiru konferenzi, parties u diversi okkażżjonijiet oħra.
Kif se nasal hemm:
Rotot tal-karozza tal-linja: Il-karozza tal-linja bin-numru 88 tgħaddi minn ħdejn iċ-Ċentru Pastorali, hi u sejra lejn Ħaż-Żebbuġ.
Użu tal-karozza privata: Viċin iċ-Ċentru Pastorali hemm spazju tajjeb għall-parking fil-pjazza tal-Gran mastru, ħdejn il-Knisja Parrokkjali.
Kirjiet fiċ-Ċentru Pastorali
Jekk tixtieq tagħmel użu minn xi faċilita taċ-Ċentru San Sebastjan jew taċ-Ċentru Pastorali Madonna Bon Kunsill, tista’ tikkuntatjana billi ċċempel fuq 21492225, tibgħat email fuq
jew timla din il-formola u nikkuntatjawk lura aħna.