|
Għaqdiet ta' Evanġeliżazzjoni |
|
|
Il-grupp ta' talb 'Sherenal'
|
Il-grupp ta’ talb ‘Sherinal’ ilu jżomm laqgħat ta’ talb fil-parroċċa ta’ San Sebastjan għal dawn l-aħħar 8 snin. Bħalissa l-grupp qiegħed iżomm żewġ laqgħat fil-ġimgħa, waħda nhar ta’ Tnejn u oħra nhar ta’ Ġimgħa; iż-żewg laqgħat isiru fil-kripta.
Il-laqgħa ta’ nhar ta’ Tnejn hija laqgħa miftuha. Fil-laqgħa jsir tifħir lill-Mulej, it-talba tar-rużarju, adorazzjoni ewkaristika u katekeżi. Fil-katekeżi ta’ nhar ta’ Tnejn jiġu trattati diversi temi fosthom il-quddiesa, spjega ta’ l-evanġeli, l-ewkaristija u tagħlim fuq ir-rużarju ibbazat fuq il-kitbiet ta’ San Luigi De Montfort. Minn żmien għal żmien issir quddiesa filwaqt li jiġu ukoll mistiedna saċerdoti biex jitkellmu fuq temi magħżula.
Għal dawn l-aħħar tliet snin il-grupp beda jżomm laqgħa oħra kull nhar ta’ Ġimgħa fejn fiha sar kors fuq il-fidi nisranija ibbażat fuq l-Alpha Course. Madwar 15-il persuna temmew dan il-kors u wara din l-esperjenza pożittiva, dan il-grupp baqa’ jiltaqa’ kull nhar ta’ Ġimgha u beda jikber flimkien fil-ħajja spiritwali permezz tat-talba tar-rużarju, interċessjoni u ‘lectio divina’.
F’din il-laqgħa isir ukoll tagħlim fuq temi spiritwali. Il-membri ta’ din il-laqgħa huma impenjati li jwasslu l-imħabba ta’ Kristu fil-familja u fuq il-postijiet tax-xogħol tagħhom. Bħala mezz ta’ inteċessjoni dawk li jattendu l-laqgħa tal-Ġimgħa, kull nhar ta’ Ħadd qed jagħmlu ukoll 9 sigħat adorazzjoni, billi persuni differenti jagħmlu siegħa adorazzjoni kull wieħed f’ħinjiet differenti.
Fil-laqgħat ta’ nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Ġimgħa, il-persuni li jattendu jiġu inkoragguti jagħmlu karita fejn ikun hemm bżonn. Dan isir permezz ta’ għotjiet lill-familji jew persuni fil-bżonn. Matul is-sena l-grupp jieħu ħsieb jorganizza ukoll tal-inqas tliet irtiri fi żmien l-Avvent, fir-Randan u fil-festa tal-Ħniena Divina.
Għal aktar tagħrif fuq l-attivitajiet tal-grupp tistgħu iċċemplu lil Noel Camilleri fuq in-numru 99891336
|
Mixja Neo-Katekumenali
|
Skop: 'itinterarju ta' formazzjoni kattolika' ghaż-żmienijiet moderni. Minn mindu ilha:1964 Fil-Faqar ta' Palomeras Atlas gewwa Madrid, Spanja. :1995 bdiet ġewwa San Sebastjan, Hal Qormi. Isem ta' min imexxi: Koppja Responsabbli San Sebastjan: Gorg & Louise Bonello Isem il-persuna li xi ħadd jista' jikkuntatja: Gorg & Louise Bonello
Numru tat-telefon fejn nistgħu nikkuntatjawh: 21486350 Meta tiltaqgħu: It-Tlieta u s-Sibt. Fejn tiltaqgħu: Fic-Centru Parrokkjali San Sebastjan, Qormi.
|
|
|
|
Il-Mixja Neo Katekumenali bdiet fl-1964 fil-faqar ta' Palomeras Atlas ġewwa Madrid, Spanja, frott ix-xogħol ta' Kiko Arguello u Carmen Hernandez illi bdew iħabbru l-Vanġelju lill fqar tal-post. Xterdet ġo l-Italja u mad-dinja. Malta saret l-iżjed pajjiż b'Komunitajiet skond il-popolazzjoni ta' pajjiż u hawn il-fuq min 100 Komunita Neo Katekumenali u n-numru tal-membri jaqbeż 3000 ruh. Il-Mixja Neo Katekumenali hija itinerarju ta' Formazzjoni Kattolika, valida għas-Soċjeta' u għaż-żminijiet tal-lum. Niltaqgħu it-Tlieta u s-Sibt. Naqraw il-Bibbja bi sjega min Ministru tal-Kelma. Is-Sibt niċċelebraw l-Ewkaristija (Quddiesa) flimkien mal-qassis u nfaħħru l-Alla b'kant u Salmi. Min żmien għal żmien, ikollna ċelebrazzjoni Penitenzjali u wara niccelebraw b'festa ta' Ferħ flimkien bħall-iben il-Ħali li reġa' lura għand missieru li għamillu festa. Min żmien għal żmien ngħamlu xi ġurnata ta' konvivenza u jsiru it-Tifħir ta' sbieħ il-jum u kant tas-Salmi.
Niċċelebraw bi kbir il-Festa ta' l-Għid il-Kbir. Mill-Mixja ħarġu ħafna Vokazzjonijiet fosthom ta' Presbiteri u Reliġjużi u Missjunarji. Sal-llum ġew miftuha 73 Seminarji mad-dinja u ġew ordnati iżjed min 1,500 qassis. Min mindu bdiet il-Mixja, dejjem sabet appoġġ kbir u kontinwu mingħand il-Papiet. Il-Papa Ġwanni Pawlu II, jibqa magħruf bhala l-Papa li tant ta' appoġġ u għajnuna l-Mixja Neo Katekumenali. Il-Komunitajiet Neo Katekumenali f'Malta taw ħafna frott. Diversi żwieġijet salvaw u hafna huma l-familji kbar u Nsara li ffurmaw, twieldu hafna Vokazzjonijiet u Karizmi. L-Istatuti gew approvati b'mod definittiv mill-Papa Benedittu XVI nhar il-11 ta' Mejju 2008, Solennita ta' Pentekoste.
|
 |
Ladies Circle
|
Il-Ladies Circle twaqqaf fl-1996 fuq inizzjativa tal-Wisq Reverendu Dun Walter Cauchi, u l-iskop tal-Ladies Circle hu li permezz tal-laqgħat u tal-attivitajiet, tingħata formazzjoni għall-ħarsien tal-persuna tal-mara b’mod sħiħ u fuq kull livell. Il-Wisq Reverendu Dun Joe Buhagiar, li minn għawn wera interess kbir f'din il-għaqda u qed jahdem magħna u jagħtina s-support li jkollna bżonn.
|
 |
Il-laqgħa tal-ġimgħa
Sa mill-bidu li beda jiffunzjona l-membri u l-kumitat li kien hemm, dejjem hadmu id f'id sabiex din l-għaqda tkompli tikber fin-numru u tissahhah. Niltaqgħu kull nhar t'Erbgħa fid-9.15 ta' filgħodu fiċ-ċentru Pastorali San Sebastjan sabiex nieħdu kafe' flimkien. Ikun mument fejn ngħidu kelmtejn u nsiru nafu lil xulxin aktar mill-viċin. Fid-9.30 ta’ fil-għodu tibda l-laqgħa, li ta' kull ġimgħa jkollna tema li tolqot lil kull individwu. Aħna nistiednu diversi kelliema profesjonali, soċi tal-Museum kif ukoll ikollna diversi laqagħat mall-kappillan. Il-laqgħat dejjem ikunu ta' interess ġenerali u jqajmu diskussjoni mill-membri preżenti. Il-laqgħa tintemm fil-11.00 ta'fil-għodu.
|
|
Attivita tax-xahar Darba fix-xahar norganizzaw harġa li nassigurakom kulhadd ikun qed jistenna. Immorru postijiet kulturali, inħobbu nagħmlu adorazzjoni fil- millenium chapel, norganizzaw coffee morning jew breakfast f 'xi waħda mill-lukandi sbieħ.
|
|
Pellegrinaġġ f’Lourdes Ma ninsewx il-famuża harġa għall-għawdex bil-familja, fil-festa ta San Girgor. għall-ewwel darba, fis-sajf 2009, organizzajna pellegrinaġġ għal-Lourdes b'ħafna għajnuna mill-kappillan Fr Joe Buhagiar. Kellna erbat ijiem ta’ devozzjoni u mżewwqa b'ħafna xenarju mill-isbaħ, purċissjoniji, quddies u talb li thossok qiegħda fil-Ġenna tal-art. Konna grupp eċċezzjonali qisna familja waħda u dħaqna ,tlabna u qsama din l-esperjenza flimkien li żgur se tibqa’ fil- memorja tagħna tul ħajjietna kollha.
|
|
|
|
Stedina Nixtiequ minn hawn nistiednu lin-nisa kollha Qriema sabiex tingħaqdu magħna ħalli nkomplu nkabru din il-familja ta' ħbieb u filwaqt li nibqgħu nitgħallmu, nirrekrejaw ruħna u nieħdu gost flimkien.
|
Il-membri tal kumitat preżenti huma Marianne Ciappara - Presidenta, Miriam Cauchi - Segretarja, Lizzie Scicluna - Kaxxiera Tereza Cuschieri u Irene Libreri - membri tal-kumitat. |
Azzjoni Kattolika
|
L-Azzjoni Kattolika ilha mwaqqfa hafna fil-parroċċa tagħna. Bħalissa l-laqgħat isiru bejn id-9:15am u l-10:30am, kull nhar ta' Tlieta fil-kripta u jkunu mmexxija min Dun Ġwann Bugeja.
Fil-laqgħat niddiskutu temi reliġjuzi differenti. Darba fix-xahar ikollna Question Box. Kull min ikollu xi diffikultà fuq xi suggett partikulari, dejjem dwar reliġjon, Dun Ġwann ikun lest li jwiegeb.
Dawn il-laqgħat huma mmirati għal dawk in-nisa li jridu jitghallmu aktar dwar x'tghallem il-Knisja Kattolika fil-ħajja ta' llum.
|
|
Jekk persuna tixtieq tibda tattendi, kull m'għandha tagħmel hu li tkun fil-hin fil-kripta fil-ġranet li t-tfal ikollhom l-iskola.
Contact Person – Connie Portelli Tel.no 21496870
|
|