Print E-mail

Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali huwa l-ogħla organu fil-Parroċċa fejn flimkien mal-Kappillan jaqsmu r-responsabbilta' għat-tmexxija tal-Parroċċa.  Naturalment id-deċiżjoni hija dik tal-Kappillan wara li jkun sema' u ħa l-parir ta' kulħadd.

 

Il-Kummissjonijiet kollha tal-parroċċa għandhom ikunu rappreżentati minn 'chairperson' li jkun jaf x'inhuma r-responsabbiltajiet tiegħu u ta' min qed jirrappreżenta, kif ukoll min għaqdiet u min xi persuni oħra li jkun għażel il-Kappillan.

 

Il-KPP tal-Parroċċa San Sebastjan hu magħmul kif ġej:-

 

Kappillan       Dun Joseph Buhagiar bħala President

Kleru             Dun Reuben Gauci

Moderatriċi     Ms Mary Agius

Segretarju      Christopher Bilocca

 

Kummissjoni Djakonija

Kummissjoni Familja

Kummissjoni Liturgija

Sapport Grupp Anzjani

PLYG (Pastoral and Liturgical Youth Group)

Abbatini

Azzjoni Kattolika

Centru Kateketiku San Sebastjan

Group Sherinall

Grupp Karizmatiċi - Hobz tal-hajja

Kor Laudate Dominum

Kors ta' Kana

Ladies Circle

Legion of Mary

Ministri Straordinarji tat-Tqarbin

Mother & Baby Club

Museum  Bniet

Museum Subien

Mixja Neo Katekumenali

St Sebastian Pagaent Group

Sapport grupp tal-ommijiet li jrabbu wahedhom

Sodalita' San Sebastjan

 

Il-laqgħat tal-KPP isiru darba fix-xahar b'agenda ppreparata minn qabel u mmexxija mill-Moderatur.

Isiru laqgħat ta' formazzjoni għall-membri biex ikunu nies li jiddixxernu flimkien bhala grupp u b'hekk il-parroċċa tgawdi iktar frott.

 

F'Novembru ta' kull sena ssir l-Assemblea Parrokkjali fejn isiru żewġ laqgħat li kull membru fil-Parroċċa jista' jattendi. Ikun ta' ġid għall-Parroċċa kollha jekk kull min hu interessat jattendi u jesprimi l-ideat tiegħu biex ikun hemm tisħieħ ta' l-attivita'  li qed issir fil-Parroċċa jew jinħolqu inizzjattivi ġodda.