Kummisjonijiet Print E-mail

Kummisjoni Kateketika, Kummisjoni Liturgija, Kummisjoni Familja, Kummisjoni Djakonija


 

Qadi b’Imħabba – Il-Kummissjoni Djakonija fil-Parroċċa San Sebastjan

Ġesu li jaqdi


San Mark jgħidilna illi Gesu Kristu ġie fid-dinja “mhux biex ikun moqdi imam biex jaqdi.” (10,45). Ġesu stess jgħidilna “kull ma għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi” (Matt 25,40). Għalhekk il-fejqan u l-għajnuna huma parti integrali mit-tħabbir tal-Bxara t-Tajba, tal-evanġelizzazzjoni (Mt 11, 1-6; Lq 9, 1-2,6).

X’inhi d-djakonija?


Id-Djakonija hija evanġelizzazzjoni mmirata li tilħaq lil kulħadd u mhux biss lin-nies qrib tagħna. Id-djakonija hija qadi b’imħabba lil ħutna fil-bżonn. In-nisrani huwa msejjaħ sabiex isir jixbaħ aktar lil Kristu billi f’kull ħin jara lill-istess Kristu f’kull persuna fil-bżonn. Għalhekk, il-parroċċa bħala kommunita ta’ nsara għandħa d-djakonija bħala parti ċentrali tal-ħidma tagħha. Dan il-qadi lejn ħutna fil-bżonn jilħaq lill-bniedem sħiħ u jirrispetta d-dinjita tiegħu. Ħafna minn dan il-qadi huwa indirizzat lejn dawk li ma tantx jistgħu jagħtu lura. Dan il-qadi għandu dejjem jingħata b’imħabba nisranija u b’dedikazzjoni kbira. Il-parroċċa għandha tkun konvinta lit rid tagħti servizz lill-persuni fil-bżonn u mhux issib il-persuni għas-servizz tagħha.

 

Id-djakonija tirrispetta d-dinjita u d-drittijiet tal-bniedem u ghandha imħabba preferenzjali għall-fqar. Id-djakonija hija bbażata fuq it-tliet prinċipji tas-solidarjeta, il-ġid komuni u s-sussidjarjeta. Ilkoll kemm aħna niddependu minn xulxin għall-bżonnijiet tagħna. Il-ġid komuni tas-soċjeta huwa l-ġabra flimkien ta’ dawk il-kundizzjonijeit tal-ħajja soċjali li bihom il-bnedmin jistgħu jilħqu l-perfezzjoni tagħhom b’mod aktar sħiħ u ħafif (Kon Vat II, Dignitatis Humanae – 7 ta’ Diċ 1965, 6) Il-prinċipju tas-sussidjarjeta ifisser li “r-responsabbiltajiet u d-deċiżżjonijiet għandhom jiġu eżerċitati kemm jista’ jkun fil-livell ta’ inizjattiva individwali, fil-kommuinitajiet u istituzzjonijiet lokali.” (Djakonija u Ġustizzja, Sinodu Malta, 2003).



Il-Kummisjoni Djakonija

 

 

Il-Kummissjoni Djakonija fil-parroċċa għandha l-għan li:

  1. Tqanqal il-kuxjenza fost il-membri tal-kommunita nisranija dwar ir-responsabbilta taghhom li jgħinu lil dawk fosthom li jkunu fid-diffikulta;
  2. Tiġbor fiha, ssaħħaħ u tikkoordina l-gruppi parrokkjali involuti fil-volontarjat soċjali;
  3. Twaqqaf servizzi volontarji ġodda skond il-ħtieġa b’risq il-bniedem fil-bżonn fuq livell parokkjali bi ftehim mal-kappillan;
  4. Tieħu azzjoni fasvur il-ġustizzja u bidla soċjali, waħedha u flimkien ma’ kummissjonijiet parrokkjali oħra dwar problemi jew qagħda partikolari ta’ nies fid-diffikulta iktar milli twieġeb għall-ħtiġijiet l-iżjed immedjati tal-persuni.



Fost għaqdiet li jagħmlu l-djakonija fil-paroċċa San Sebastjan insibu:

Sapport grup tal-anzjani

Legion of Mary: żjajjar lill-anzjani

Ministri straordinarji tat-tqarbin

Mother and Baby Club

Dawk l-ommijiet li jrabbu waħedhom u separati

Literacy Programme

Laqgħat għall-persuni bi bżonnijiet speċjali