Informazzjoni Ġenerali
| Merħba |
| Parroċċa San Sebastjan |
| San Sebastjan |
| Ċentri Pastorali |
| Pjan Pastorali 2009-2011 |
Komunjoni
| KPP |
| Saċerdoti |
| Kummisjonijiet u Għaqdiet |
Liturġija/Spiritwalita
| Ħinijiet tal-Quddies |
| Sagramenti |
| Għaqdiet Liturġiċi |
| Direzzjoni Spiritwali |
Xandir tal-Kelma
| Bibbja |
| Għaqdiet Evanġeliżazzjoni |
Kuntatt
| Ikkuntatjana |
| Advanced Search |
| Amministratur |
| Programm tal-vjagg lejn l-art imqaddsa f'Settembru |
|
|
| Written by Administrator | ||
| Jun 03, 2010 at 07:00 AM | ||
|
Il-Parroċċa ta’ San Sebastjan se torganizza dan il-Pelleġrinaġġ mall-Patrijiet Franġiskani bejn it-12 - 20 ta’ Settembru. Inħeġġu lil kull min iħobb l-Art Imqaddsa biex jingħaqad magħna. Hemm vantaġġi kbar li nagħmlu dan il-Pelleġrinaġġ mall-Patrijiet Franġiskani. Noqogħdu f’lukandi fiċ-ċentru tal-bliet ta’ Nazaret, Betlehem u Ġerusalemm, u b’hekk ikollna aċċess aħjar għas-santwarji u b’hekk nidħlu aktar fl-atmosfera ta’ dawn il-postijiet qaddisa.
Booking sa l-aħħar ta’ Lulju.
Programm aktar dettaljat:
Pelleġrinaġġ Art Imqaddsa mall-Patrijiet Franġiskani: 12-20 ta’ Settembru 2010
L-Ewwel Jum: Niltaqgħu l-airport fl-12.30 minn fejn nitilqu għal Ċipru fil-14.50. Fil-22.35 nitilqu għal Tel Aviv fejn naslu, fil-23.30. Minn hawn nitilqu lejn Nazaret.
It-Tieni Jum: Breakfast. Żjara fil-Bażilka tal-Madonna. 10.00 Quddiesa, inżuru d-dar ta’ San Ġużepp f’Nażaret, Żjara lill-Mużew Arkejoloġiku tal-Franġiskani u tluq lejn il-Muntanja Tabor. Ikel. Nikkontemplaw it-Trasfigurazzjoni ta’ Ġesu – Mument ta’ talb. Tluq lejn il-Karmelu wara lura lejn Nażaret. Ċena.
It-Tielet Jum: Breakfast. Fis-07.30: Tluq għal Tiberias. Quddiesa fil-Memorjal ta’ San Pietru u żjara f’Kafarnahum, il-belt ta’ Ġesu. Inżuru Tabgha: Santwarju tal-Primat ta’ San Pietru u Santwarju tat-Tkattir tal-Ħobż. Lejn il-Għolja tal-Bejatitudnijiet. F’12.00: naqsmu l-Baħar tal-Galilija lejn Għajn Gev. Ikel. Tluq għax-Xmara Ġordan. Tigdid tal-Wegħdiet tal-Magħmudija. Żjara lis-Santwarju ta’ Kana fil-Galilja u żjara fis-Santwarju tal-Arkanġlu Gabrijel. Lejn Nazaret u Ċena.
Ir-Raba’ Jum: Breakfast. 07.30: Tluq minn Nażaret, ngħaddu mill-Wied tal-Ġordan. Inżuru l-Muntanja tal-Kwarantena, il-belt ta’ Ġeriko u l-Baħar il-Mejjet.Lejn Qumran. Ikel. Nitilgħu lejn Ġerusalem minn Wadi el-Qilt. Naqsmu d-Deżert ta’ Ġuda. Fl-15.00 Quddiesa fis-Santwarju ta’ Betanja u l-Qabar ta’ Lazzru. Lejn il-lukanda f’Ġerusalem. Ċena.
L-Ħames Jum: Breakfast. Fid-09.00 niċċelebraw il-quddiesa tal-Milied f’Betleħem. Żjara fil-Bażilika tan-Natività u lis-Santwarju tal-Grotta tal-Ħalib. Ikel f’Betlehem. 14.30 żjara lis-Santwarju tar-Ragħajja. Tluq għall-Għajn Karem. Żjara fis-Santwarju tat-Twelid ta’ San Ġwann Battista u fis-Santwarju tal-Viżitazzjoni. Lura lejn il-lukanda. Ċena.
Is-Sitt Jum: Breakfast 07.30: Tluq għas-Santwarju ta’ Betfaġe, l-Axxensjoni, Pater Noster, Dominus Flevit u l-Bażilka tal-Ġetsemani. Wara żjara fil-Grotta tal-Appostli u l-Qabar tal-Madonna. Ikel. 14.30: Żjara liċ-Ċenaklu fuq il-Għolja Sijon, Santwarju tad-Dormizzjoni tal-Madonna. Quddiesa fl-16.00 fiċ-Ċenakolino. Kwartier Armen, Ċittadella u Bieb ta’ Ġaffa. Ċena. Mit-20.30 sad-21.30 Ora Santa fil-Bażilka tal-Ġetsemani.
Is-Seba’ Jum: Breakfast. Żjara fil-Bażilka tal-Qabar ta’ Kristu u ċelebrazzjoni tal-Quddiesa ta’ l-Għid. Kwartier Lhudi. Santwarju ta’ Sant’Anna, Santwarju tal-Flaġellazzjoni u l-Kundanna. Mixja fis-Suq ta’ Ġerusalem. Ikel. Wara nofsinhar free Time. 16.00:Purċissjoni mal-Franġiskani fil-Bażilka tal-Qabar ta’ Kristu – Meditazzjoni fuq il-Passjoni, Mewt u Qawmien tal-Mulej. Ċena.
It-Tmien Jum: Breakfast. Inzuru l-Memorial tal-Yad Vashem. Żjara f’Emmaus fejn issir Quddiesa. Ikel. Free time għallkumplament tal-ġurnata.
L-Aħħar Jum: 07.05 tluq minn Tel Aviv għal Ċipru. 11.30 tluq minn Ċipru għal Malta fejn naslu fit-13.20.
Prezz €: 1,100. Jinkludi fih kollox: Il-pellegrinaġġ full-board L-Insurance It-Tips It-trasport Il-Badge Il-Ktieb tat-Talb għall-Pellegrinaġġ Fuq kollox Patri Franġiskan Malti li għex fl-Art Imqaddsa li jmexxi l-Pellegrinaġġ bħala Gwida u bħala Animatur Spiritwali. Booking: sa l-aħħar ta’ Lulju. Mitlub depożitu ta’ €500 mall-Booking.
|
||