Informazzjoni Ġenerali
| Merħba |
| Parroċċa San Sebastjan |
| San Sebastjan |
| Ċentri Pastorali |
| Pjan Pastorali 2009-2011 |
Komunjoni
| KPP |
| Saċerdoti |
| Kummisjonijiet u Għaqdiet |
Liturġija/Spiritwalita
| Ħinijiet tal-Quddies |
| Sagramenti |
| Għaqdiet Liturġiċi |
| Direzzjoni Spiritwali |
Xandir tal-Kelma
| Bibbja |
| Għaqdiet Evanġeliżazzjoni |
Kuntatt
| Ikkuntatjana |
| Advanced Search |
| Amministratur |

| Lejn il-75 anniversarju mit-twaqqif tal-parrocca |
|
|
| Contributed by Fr Reuben Gauci | |||
| Apr 08, 2010 at 07:00 AM | |||
|
Sabiex jitfakkar il- 75 anniversarju mit-twaqqif tal-Parroċċa San Sebastjan fl-1936 il-Kappillan għadu kif waqqaf Kumitat Organizzattiv. L-għan ewlieni hu li bħala kommunità nisranija nfakkru dan l-anniversarju bl-aktar mod xieraq sabiex iħalli impatt posittiv fuq il-ħajja u tal-valuri tagħna lkoll. Dan il-kumitat hu magħmul minn dawn il-persuni: Rev Joseph Buhagiar, Kapillan; Rev Reuben Gauci, viċi kappillan; Vince Peresso, ċermen; Charles Saliba, segretarju; Elaine Schembri, PRO; Mary C. Agius u Alex Powell, membri.
It-tema magħżula għal din it-tifkira hu l-ewwel vers tas-salm 122 FRAĦT META QALULI: “SEJRIN F’DAR IL-MULEJ”. Hekk qegħdin mhux biss nifirħu imma ukoll, anzi fuq kollox, ninkwardaw dan il-ferħ tagħna f’ħdan il-Mulej fl-għożża li insibu fid-dar.
Iż-żmien ta’ dan l-Anniversarju hu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2011. Id-dati partikolari li se jfakkru dan l-anniversarju huma dawn:
Barra minn dawn għandhom jiġu magħżula dati oħra mifruxa matul is-sena kollha fejn isiru attivitajiet biex infakkru dan l-anniversarju.
Hu l-ħsieb li l-kummissjonijiet parrokkjali, l-għaqdiet (sew reliġjużi kif ukoll ċiviċi) u gruppi oħra fil-parroċċa jiġu mistiedna sabiex flimkien bħala kommunita nisranija jikkontribwixxu b’xi attivita matul is-sena 2011. Għalhekk aktar ‘il quddiem il-kumitat organizzattiv se jsejjaħ laqgħa għal dawn kollha sabiex niddiskutu u nippjanaw il-ħidma għal matul din is-sena tal-anniversarju.
Il-Kumitat Organizzattiv diġa ħareġ b’xi ideat bħal:
Liema ideat iridu jissawru u jitlaħmu f’attività u ħidma konkreta. Naturalment ma jonqosx ukoll l-aspett ċelebrattiv fil-festi li niċċelebraw matul is-sena. Hemm ukoll il-ħsieb li jittellew wirjiet ta’ ritratti dwar il-parroċċa matul iż-żmien li ukoll jistgħu jinġabru fi ktieb. Dwar dan napprezzaw li min għandu xi ritratt dwar il-parroċċa jikkuntattjana ħalli nkunu nistgħu nagħmlu kopja tiegħu.
Għal dan il-għan qed nitolbu l-għajnuna mhux biss tal-għaqdiet fil-parroċċa imma ukoll ta’ individwi għal suġġerimenti, ideat u kull għajnuna oħra, mimlija tama li kulħadd għandu post fid-Dar tal-Mulej.
|
|||
