Il-migja tal-Papa Benedittu XVI f'Malta Print E-mail
Contributed by Fr Reuben Gauci   
Mar 03, 2010 at 11:00 AM

Fl-1950 anniversarju tal-miġja ta’ San Pawl f’Malta, il-Papa Benedittu XVI se jżur Malta nhar is-Sibt 17 u l-Ħadd 18 t’April 2010.

'Jeħtieġ iżda li naslu fi gżira’ (Atti 27, 26) hija t-tema magħżula mill-Isqfijiet Maltin għaż-żjara tal-Papa Benedittu XVI f’Malta. Dan il-vers mill-Atti tal-Appostli ntagħżel mill-Isqfijiet propju għaliex is-silta f’dan il-kapitlu turi li għalkemm il-pjan u l-vjaġġ ta’ San Pawl kien li jmur Ruma, Alla kellu pjan differenti u ried li l-ġifen joħroġ minn triqtu u jasal Malta.








Programm uffiċjali taż-żjara.

Is-Sibt, 17 ta’ April, 2010

5.00 p.m.        Ċerimonja tal-wasla fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, Luqa.

5.45 p.m.        Il-Papa jħalli l-Ajruport fi triqtu lejn il-Belt Valletta. Il-poplu jsellem lill-Papa fit-toroq minn fejn ikun għaddej.

6.15 p.m.        Żjara ta’ kortesija lill-President tar-Repubblika u l-ogħla Awtoritajiet tal-iStat fil-Palazz, il-Belt. It-tfal jilqgħu lill-Papa fi Pjazza San Ġorġ.

7.15 p.m.        Il-Papa jħalli l-Palazz tal-President fi triqtu lejn ir-Rabat. Il-poplu jsellem lill-Papa fit-toroq minn fejn ikun għaddej.

7.45 p.m.        Żjara fil-Grotta ta’ San Pawl, ir-Rabat. Il-Papa jsellem lill-poplu fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja ta’ San Pawl.


Il-Ħadd, 18 ta’ April, 2010

9.15 a.m.        Il-Papa jħalli n-Nunzjatura Appostolika fi triqtu lejn il-Furjana.

10.00 a.m.      Quddiesa Pontifikali fuq il-Fosos tal-Furjana. Il-Papa jindirizza lill-poplu Malti u  Għawdxi  u jirreċita t-talba tar-Regina Coeli fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni.

4.00 p.m.        Il-Papa jħalli n-Nunzjatura Appostolika fi triqtu lejn il-Kalkara. Il-poplu jsellem lill-Papa fit-toroq minn fejn ikun għaddej.

4.45 p.m.        Vjaġġ bil-baħar fil-Port il-Kbir, mix-xatt tal-Kalkara lejn il-Valletta Waterfront.

5.15 p.m.        Laqgħa maż-żgħażagħ fil-Valletta Waterfront. Il-Papa jindirizza liż-żgħażagħ.

6.15 p.m.        Il-Papa jħalli l-Valletta Waterfront fi triqtu lejn l-Ajruport. Il-poplu jsellem lill-Papa fit-toroq minn fejn ikun għaddej.

6.40 p.m.        Ċerimonja tat-tluq mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

7.10 p.m.        Il-Papa jħalli Malta għal Ruma.

L-isqfijiet ta' Malta u Ghawdex, Pawlu Cremona u Mario Grech jinkoraġġixxu sabiex nitolbu ħalli joħroġ ħafna frott minn din il-miġja tal-Papa fostna. 

Aktar informazzjoni:
Segwi wkoll il-paġni fuq facebook fuq dan l-avveniment:
Merħba lil Papa Benedittu XVI f'Malta
Welcome to Pope Benedict XVI in Malta
Ghal aktar informazzjoni zur is-sit ufficjali tal-migja tal-Papa, http://pope.maltadiocese.org u kdz.org.mt.

Hawn issib is-sit tal-Kor taz-zghazagh li se jiehu sehem nhar il-Hadd 18 t'April.

Hawn issib Skemi ta' tħejjija għaż-żjara tal-Papa f'Malta (editur:Dun Hector Scerri)

Kompli segwi din il-parti fuq dan is-sit għal xi żviluppi li jseħħu.


User Comments

Comment by Reuben on 2009-11-25 09:51:51
Il-Papa jixtieq li jiltaqa` maż-Żgħażagħ waqt iz-zjara tieghu f'Malta. Biex inħejju ruħna għal dan l-avveniment, il-KDZ Malta u Għawdex qed nistiednu lil mexxejja taż-żgħażagħ flimkien ma rappreżentanza taż-żgħażagħ mill-gruppi, għal laqgħa li matulha flimkien ser niddiskutu kif nixtiequ li nfasslu il-laqgħa taż- żgħażagħ mal-Papa u l-organiżżazzjoni kollha ta` dan l-avveniment. Nhar l-ERBGĦA 25 TA` NOVEMBRU FIS-7:00PM FIL-KURJA l-FURJANA

Comment by Fr Reuben on 2009-11-26 05:02:21
L-attivita taz-zghazagh se tkun il-Hadd 18 t'April, bejn il-5pm u 6pm. Waqt laqgha ilbierah gewwa l-Kurja tal-Arcisqof, konna mistednin biex naghtu l-opinjoni taghna u sabiex inheggu l-gruppi taghna, biex jiehdu sehem u jippartecipaw fil-5 sighat ta' attivitajiet u spettaklu minn 1pm 'l quddiem. 
Min ghandu ideat ta' x'jistenna minn dan l-avveniment sabiha ghal kulhadd specjalment ghalina z-zghazagh jibghat is-suggerimenti tieghu lil KDZ fuq Ghal aktar info zur is-sit tal-KDZ fuq www.kdz.org.mt. Komplu ibatu l-kummenti taghkom fuq dan is-sit ukoll.

Comment by Fr Reuben on 2009-11-27 04:15:47
Informazzjoni dwar il-logo u formazzjoni ta' korijiet: 
 
http://maltadiocese.org/lang/en/news/jehtieg-izda-li-naslu-fi-gzirajehtieg-izda-li-naslu-fi-gzira/

Comment by Fr Reuben on 2009-11-27 11:52:36
48 grupp jattendu ghall-laqgha mill-KDZ dwar iz-zjara tal-Papa f Malta aktar fuq: 
 
http://maltadiocese.org/lang/en/news/48-groups-attend-kdzs-meeting-on-the-popes-visit-to-malta48-ghaqda-differenti-ghall-laqgha-tal-kdz-dwar-iz-zjara-tal-papa/
Your Name / Email Address