Ressaq it-Talba Tiegħek Print E-mail
Contributed by Qormisbparish   
Sep 25, 2009 at 06:20 AM

"Itolbu bla ma tieqfu",jgħidilna l-Mulej. Ejja nressqu t-talb tagħna lil Alla l-Missier, permezz ta' Ibnu Gesu bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu għall-bżonnijiet tagħna, għall-bżonnijet ta' ħaddiehor u tal-Knisja. Mhuwiex diffiċli biex titlob. Emmen u dak li titlob f'isem Ġesu, il-Missier jagħtihulek. Bħala komunita ejjew inressqu talba u x-xewqat l-aktar profondi ta' qalbna, anke permezz tal-interċessjoni ta' Ommna Marija u tal-qaddisin, b'mod partikolari permezz tal-patrun tagħna San Sebastjan Martri.

 

Ressaq it-talba tiegħek u iktibha fejn hemm l-ispazju għall-kummenti.


Katina ta' talb 

Biex tingħaqad fil-katina ta' talb li qed norganizzaw bħala komunita idħol hawn.


Ghal ghajnuniet ghat-talb zur il-links dwar l-ispiritwalita u t-talb u dwar it-Taghlim Nisrani.


Gwida gwida għal min jixtieq jagħmel talba

Kull talba trid tkun approvata qabel ma tkun ippublikata biex neliminaw kull periklu u kull problema.


Billi dan is-sit elettroniku hu pubbliku, għalhekk:


-TużaX ismijiet jew kunjomijiet ta’ xi persuna, lanqas tiegħek.

-TużaX email jew numru taċ-ċellolari.

-Talbiet b’ismijiet sħaħ jew informazzjoni identifikabli ma titpoġġiex fuq il-bord.

-Din mhijiex chatroom. Għalhekk tinkludiex noti għal xi ħadd ieħor.

-Evita milli tagħmel akkużi fuq l-iżbalji u d-dnubiet ta’ ħaddieħor.

-Evita l-użu ta’ ittri KAPITALI għax huwa diffiċli biex taqrhom.

-Talbiet twal ħafna jiġu mqassra.

-Jekk jogħġbok tibgħatx aktar minn tnejn sa tlitt talbiet kuljum.

-Talbiet mhux f’posthom ma jiġux ippublikati.

-Links għal siti esterni ma jiġux impoġġija fuq il-bord.

 


User Comments

Comment by Mary on 2009-09-26 07:28:39
Nixtieq nitlob ghall-familji kollha sabiex jikbru dejjem fl-imhabba taghhom lejn il-Mulej u lejn xulxin

Comment by herbert micallef on 2009-09-27 01:17:37
nixtieq nitlob ghall-familja biex il-Mulej iharisna minn kull deni.

Comment by Joseph Micallef on 2009-09-28 09:56:00
Grazzi Mulej taz-zmien li taghtin. Ghinna dejjem nghixu l-Kelma tieghek kif tixtieqna inti.

Comment by qormisbparish on 2009-09-29 07:17:32
Ghall-membri kollha ta' din il-parrocca sabiex jaghrfu jaghzlu lill-Mulej Alla biex imexxi u jdawwal hajjithom

Comment by Robert on 2009-10-11 02:22:31
Nitlbok Mulej Gesu ghall-ghaqda fostna, ehlisna minn kull kilba ghal poter u nfittxu dejjem l-gid ta' xulxin.

Comment by herbert micallef on 2009-10-04 16:17:11
Dear God, I pray for the cure of cancer. Amen

Comment by Berta on 2009-10-09 17:28:39
Although bad names are given to youths. 
Not all teens are alcoholic and neither drug addicts, not all of us are thieves or bad people. we are still growing up, experimenting with our lives. what about instead of judging we pray for these youths?  
 
God be with all the youths to save them from the struggle they may find themselves in and to guide them in your way.

Comment by Robert on 2009-11-03 13:47:31
nitolbok biex tfajjaqna Gesu!

Comment by Mark on 2009-11-11 03:01:53
Jien nixtieq nitlob ghal kull min hu vittma ta' ingustizzja specjalment ta' xi malafama jew kalunja biex int Mulej tiddefendih minn kull hsara.

Comment by carmen on 2010-01-03 03:57:31
Jien nixtieq nitlob Mulej ghall-missjunarji u ghal dawk kollha li qed jghixu fil-faqar.

Comment by Kim on 2010-01-19 23:37:46
Nixtieq nitlob ghal dawk kollha li qed iffitxu skop f'hajithom biex ma jaqtawx qalbhom

Comment by Anonymous on 2010-02-13 17:45:19
Ruzarju fih qawwa kbira, li Zbandolla hija l-kuruna ta' Ruzarju hu l-hames Caqiet huma l-Misteri. Dahlu Ruzarju fil-Familja. Ingabru bhala Familja, stidnu il-Shabkom u ghejdu Ruzarju flimkien. Familja li titlob flimkien tibqa flimkien.

Comment by fr Reuben on 2010-02-24 23:14:02
Mulej aghti l mistrieh ta' dejjem lil Alfred Stellini u Damian Agius u farrag lill-familji taghhom. Ipprotegihom u mexxihom bil-mod, fejjaqhom mill-wegghat li garrbu. San Sebastjan itlob ghalina. Marija Omm Alla u ommna ipprotegina

Comment by george on 2010-03-01 04:26:22
int li solvi lproblemi kollhla.dawwal it-toroq kollha biex nikseb dak li mehtieg.

Comment by Marianne on 2010-06-14 07:31:44
Nixtieq nitlob ghal familja tieghi, ghat tarbija l-gdida li l-bambin ghogbu jaghtina, ghat tifel li diga ghandna u ghar ragel biex il-bambin jaghtih is-sahha jahdem ghalina. Zomm idejk fuqna halli nibqghu familja maghquda.

Comment by Anonymous on 2010-06-25 10:48:41
Nixtieq nitlob ghal familja tieghi, ghat tarbija l-gdida li l-bambin ghogbu jaghtina, ghat tifel li diga ghandna u ghar ragel biex il-bambin jaghtih is-sahha jahdem ghalina. Zomm idejk fuqna halli nibqghu familja maghquda.
Your Name / Email Address